jista’ jaħżen id-dejta tiegħu u jħaddem l-applikazzjonijiet meħtieġa għall-operat ta’ kuljum
tiegħu.
Pjattaforma bħala Servizz (PaaS): Din hi kategorija ta’ servizzi tal-cloud computing fejn
it-tip ta’ kapaċitajiet tal-cloud computing mogħti lill-klijenti hu pjattaforma. Din tinkludi
l-pjattaformi komputazzjonali fuq l-internet li jippermettu lill-kumpaniji biex iħaddmu
applikazzjonijiet eżistenti jew biex jiżviluppaw u jittestjaw oħrajn ġodda.
Softwer bħala Servizz (SaaS): Dan hu kategorija ta’ servizzi tal-cloud computing fejn ittip ta’ kapaċitajiet tal-cloud computing mogħti lill-klijenti hu applikazzjoni jew softwer
skjerat fuq l-internet. Dan it-tip ta’ servizzi tal-cloud computing jelimina l-bżonn li l-utent
finali jixtri, jinstalla u jimmaniġġa s-softwer, u għandu l-vantaġġ li s-softwer jista’ jkun
aċċessibbli minn kullimkien bil-konnessjoni tal-internet.
Il-Grafika 5: Mudelli tas-servizz u assi tal-cloud computing
Linji gwida komprensivi dwar suġġetti speċifiċi fil-qasam tal-cloud computing36 u dokument
gwida dwar l-elementi bażiċi tal-cloud computing37 intbagħtu lill-ENISA.
4.4.2. Ir-rekwiżiti tas-sigurtà
Skont l-Artikolu 16(1), l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi diġitali
jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi adattati u proporzjonati biex iġestixxu r-riskju għassigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li l-kumpaniji jużaw għall-forniment tasservizzi tagħhom. Dawn il-miżuri tas-sigurtà jenħtieġ iqisu l-aqwa żvilupp tekniku u dawn ilħames elementi li ġejjin: i) is-sigurtà tas-sistemi u tal-faċilitajiet; ii) il-ġestjoni tal-inċidenti;
36
Dan id-dokument jinsab fuq https://www.enisa.europa.eu/topics/cloud-and-big-data/cloud-security
ENISA, Cloud Security Guide for SMEs (2015). Dan id-dokument jinsab fuq
https://www.enisa.europa.eu/publications/cloud-security-guide-for-smes
37
35
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents