iii) il-ġestjoni tal-kontinwità tal-operat; iv) il-monitoraġġ, il-verifiki u l-ittestjar; v) ilkonformità mal-istandards internazzjonali. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha s-setgħa bl-Artikolu 16(8) li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika aktar dawk l-elementi u tiżgura livell għoli ta’ armonizzazzjoni għal dawk il-fornituri tas-servizzi. L-att ta’ implimentazzjoni mistenni jiġi adottat mill-Kummissjoni fil-ħarifa tal-2017. Barra minn hekk, l-Istati Membri jeħtieġ jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi diġitali jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw u jnaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt tal-inċidenti biex tkun żgurata l-kontinwità tas-servizzi tagħhom. 4.4.3. Ir-rekwiżiti tan-notifika Il-fornituri tas-servizzi diġitali jenħtieġ ikunu obbligati jinnotifikaw l-inċidenti serji lillawtoritajiet kompetenti jew lis-CSIRTs. Skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva NIS, ir-rekwiżit tan-notifika għall-fornituri tas-servizzi diġitali se jiskatta meta l-inċident tas-sigurtà jħalli impatt sostanzjali fuq il-forniment tas-servizz. Biex jiġi ddeterminat l-impatt, l-Artikolu 16(4) jelenka b’mod partikolari ħames parametri li jridu jqisu l-fornituri tas-servizzi diġitali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha s-setgħa bl-Artikolu 16(8) li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tagħti deskrizzjonijiet aktar dettaljata tal-parametri. L-ispeċifikazzjoni ulterjuri ta’ dawn il-parametri se tkun parti mill-att ta’ implimentazzjoni li jispeċifika lelementi tas-sigurtà msemmija fil-punt 4.4.2., li l-Kummissjoni beħsiebha tadotta fil-ħarifa. 4.4.4. Approċċ regolatorju bbażat fuq ir-riskji L-Artikolu 17 jistipula li l-fornituri tas-servizzi diġitali huma soġġetti għal kontroll superviżorju ex post mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni, meta jkollhom evidenza li xi fornitur tas-servizzi diġitali mhux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16 tad-Direttiva. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16(8) u (9), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u tas-sigurtà li se jżidu l-livell ta’ armonizzazzjoni għall-fornituri tas-servizzi diġitali. Minbarra dan, skont l-Artikolu 16(10), lIstati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżiti oħrajn tan-notifika u tas-sigurtà fuq il-fornituri tas-servizzi diġitali għajr dawk previsti fid-Direttiva, ħlief meta dawk il-miżuri jkunu meħtieġa biex jissalvagwardjaw il-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, b’mod partikolari biex tkun ssalvagwardjata s-sigurtà nazzjonali, u jkunu jistgħu jsiru l-investigazzjoni, iddetezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. U fl-aħħar nett, meta titqies in-natura transfruntiera tal-fornituri tas-servizzi diġitali, idDirettiva ma timxix mal-mudell ta’ diversi ġurisdizzjonijiet paralleli iżda tħaddem approċċ ibbażat fuq il-kriterju ta’ stabbiliment ewlieni tal-kumpanija fl-UE38. B’dan l-approċċ, ilfornituri tas-servizzi diġitali jkollhom sett uniku ta’ regoli u awtorità kompetenti waħda 38 Ara b’mod partikolari l-Artikolu 18 tad-Direttiva. 36

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents