responsabbli għas-sorveljanza; dan hu partikolarment importanti għax ħafna fornituri tasservizzi diġitali joffru s-servizzi tagħhom f’bosta Stati Membri fl-istess ħin. L-applikazzjoni
ta’ dan l-approċċ tnaqqas kemm jista’ jkun il-piż tal-konformità minn fuq il-fornituri tasservizzi diġitali u tiżgura l-funzjonament sew tas-Suq Uniku Diġitali.
4.4.5. Il-ġurisdizzjoni
Kif spjegat hawn fuq, skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva NIS, l-Istat Membru fejn il-fornitur
tas-servizzi diġitali għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu għandu ġurisdizzjoni fuq ilkumpanija. Meta l-fornitur konkret tas-servizzi diġitali joffri servizzi fl-UE iżda ma jkunx
stabbilit fit-territorju tal-UE, l-Artikolu 18(2) jimponi l-obbligu fuq il-fornitur tas-servizzi
diġitali li jinnomina rappreżentant fl-Unjoni. F’dak il-każ, l-Istat Membru fejn ikun stabbilit
ir-rappreżentant ikollu ġurisdizzjoni fuq il-kumpanija. Meta l-fornitur tas-servizzi diġitali
jipprovdi servizzi fi Stat Membru iżda ma jkunx innomina rappreżentant fl-UE, fil-prinċipju,
l-Istat Membru jista’ jieħu azzjonijiet kontra l-fornitur tas-servizzi diġitali għax dan ikun qed
jikser l-obbligi tiegħu li joħorġu mid-Direttiva.
4.4.6. Eżenzjoni lill-fornituri tas-servizzi diġitali bi Skala Limitatata mill-kamp ta’
applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika
Skont l-Artikolu 16(11), il-fornituri tas-servizzi diġitali li huma intrapriżi mikro jew żgħar
skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE39 huma esklużi millkamp ta’applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika stabbiliti fl-Artikolu 16. Dan
ifisser lil dawk in-negozji li jimpjegaw inqas minn 50 persuna u li jkollhom fatturat annwali
u/jew total fil-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun, mhumiex marbuta
jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti. Meta jkun qed jitkejjel id-daqs tal-entità, mhux rilevanti jekk ilkumpanija konċernata tipprovdix biss servizzi diġitali skont it-tifsira tad-Direttiva NIS jew xi
servizzi oħrajn ukoll.
5. Ir-relazzjoni bejn id-Direttiva NIS u leġiżlazzjoni oħra
Din it-taqsima tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet ta’ lex specialis minquxa fl-Artikolu 1(7) tadDirettiva NIS, li juru tliet eżempji ta’ lex specialis li vvalutat il-Kummissjoni s’issa, u tiċċara
r-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika li japplikaw għall-fornituri tat-telekomunikazzjoni u tasservizzi fiduċjarji.
5.1. Id-Direttiva NIS, l-Artikolu 1(7): Id-dispożizzjoni ta’ lex specialis
Skont l-Artikolu 1(7) tad-Direttiva NIS, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà
u/jew tan-notifika għall-fornituri tas-servizzi diġitali jew għall-operaturi tas-servizzi essenzjali
39
ĠU L 24, 20.5.2003, p. 36.
37
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents