skont id-Direttiva ma japplikawx jekk ikun hemm xi leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għassetturi li tipprevedi rekwiżiti tas-sigurtà u/jew tan-notifika, li mill-anqas għandhom effett ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti tad-Direttiva NIS. Waqt it-transpożizzjoni ġenerali tad-Direttiva, l-Istati Membri jeħtieġ iqisu l-Artikolu 1(7) u jipprovdu informazzjoni lillKummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ lex specialis. Il-metodoloġija Waqt il-valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ biċċa leġiżlazzjoni tal-UE speċifika għas-setturi maddispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva NIS, jenħtieġ tingħata importanza partikolari għallkwistjoni jekk l-obbligi tas-sigurtà fil-leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi jinkludux miżuri li jiżguraw is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva. Fejn jidħlu r-rekwiżiti tan-notifika, l-Artikolu 14(3) u 16(3) tad-Direttiva NIS jistipulaw li loperaturi tas-servizzi essenzjali u l-fornituri tas-servizzi diġitali jeħtieġ jinnotifikaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet kompetenti jew lis-CSIRT kull inċident li jħalli impatt sostanzjali/sinifikanti fuq il-forniment tas-servizz. F’dan il-kuntest jeħtieġ tingħata attenzjoni speċjali lill-obbligi li l-operatur/fornitur tas-servizzi diġitali jinkludi informazzjoni finnotifika li permezz tagħha l-awtorità kompetenti jew is-CSIRT tkun tista’ tiddetermina kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident tas-sigurtà. Bħalissa m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika għas-setturi għall-kategorija ta’ fornituri tasservizzi diġitali li tipprovdi għal rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika simili għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva NIS u li tista’ titqies fl-applikazzjoni tal-Artikolu 1(7) tadDirettiva NIS40. Fejn jidħlu l-operaturi tas-servizzi essenzjali, bħalissa s-settur finanzjarju u b’mod partikolari s-settur bankarju u tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju kif imsemmi fil-punt 3 u 4 tal-Anness II huma soġġetti għal rekwiżiti tas-sigurtà u/jew tan-notifika li joħorġu minn leġiżlazzjoni talUE speċifika għas-setturi. Dan għax is-sigurtà u s-sodezza tas-sistemi tal-informatika, innetwerks u s-sistemi tal-informazzjoni użati mill-istituzzjonijiet finanzjarji huma parti essenzjali mir-rekwiżiti tar-riskju operazzjonali imposti fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji billeġiżlazzjoni tal-UE. Xi eżempji i) Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Pagament Fir-rigward tas-settur bankarju u b’mod partikolari fejn jidħol il-forniment tas-servizzi talpagament minn istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-hekk imsejħa Direttiva 2 dwar is-Servizzi tal-Pagament (il-PSD 2)41 Dan hu mingħajr preġudizzju għall-ksur tan-notifika tad-dejta personali lill-awtorità tas-superviżjoni li jkopri l-Artikolu 33 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. 41 Id-Direttiva (UE) 2015/2366, ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35. 40 38

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents