tipprevedi r-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika stabbiliti fl-Artikoli 95 u 96 ta’ dik idDirettiva. B’mod aktar preċiż, l-Artikolu 95(1) jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi tal-pagament jadottaw miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni u mekkaniżmi tal-kontroll biex tkun tista’ ssir il-ġestjoni tarriskji operazzjonali tas-sigurtà marbutin mas-servizzi tal-pagament li jipprovdu. Dawn ilmiżuri jenħtieġ jinkludu l-istabbiliment u ż-żamma ta’ proċeduri effettivi għall-ġestjoni talinċidenti, inkluż proċeduri għad-detezzjoni u l-klassifikazzjoni ta’ inċidenti maġġuri operazzjonali u tas-sigurtà. Il-premessi 95 u 96 tal-PSD 2 tikkjarifika aktar in-natura ta’ dawn il-miżuri tas-sigurtà. Minn dawn id-dispożizzjonijiet, jidher li l-miżuri preskritti għandhom lgħan li iġestixxu r-riskji relatati mas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jintużaw fil-forniment tas-servizzi tal-pagament. Għalhekk, dawk ir-rekwiżiti tas-sigurtà jistgħu jitqiesu li mill-anqas għandhom effett ekwivalenti għad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva NIS. Dwar ir-rekwiżiti ta’ notifika, l-Artikolu 96(1) tal-PSD 2 jipprevedi obbligu għall-fornituri tas-servizz tal-pagament li jirrapportaw, mingħajr dewmien żejjed, l-inċidenti serji tas-sigurtà lill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, b’mod komparabbli għall-Artikolu 14(5) tadDirettiva NIS, l-Artikolu 96(2) tal-PSD 2 jeżiġi li l-awtorità kompetenti tinforma lillawtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra jekk l-inċident ikun rilevanti għalihom Dan lobbligu jimplika fl-istess ħin li r-rappurtar tal-inċidenti tas-sigurtà jrid jinkludi informazzjoni li biha l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivvalutaw l-impatt transfruntier ta’ inċident. LArtikolu 96(3)(a) tal-PSD 2 jagħti s-setgħa f’dan ir-rigward lill-Awtorità Bankarja Ewropea b’koperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew biex jiżviluppaw linji gwida dwar il-kontenut eżatt u l-format tan-notifika. Għaldaqstant, jista’jiġi konkluż li skont l-Artikolu 1(7) tad-Direttiva NIS, jeħtieġ japplikaw irrekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika stabbiliti fl-Artikoli 95 u 96 tal-PSD 2 minflok iddispożizzjonijiet korrispondenti tal-Artikolu 14 tad-Direttiva NIS, fejn jidħol il-forniment tasservizzi tal-pagament minn istituzzjonijiet ta’ kreditu. ii) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar ittranżazzjonijiet Fir-rigward tal-infrastruttura tas-suq finanzjarju, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 flimkien mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 153/2013 fih dispożizzjonijiet dwar irrekwiżiti tas-sigurtà għal kontropartijiet ċentrali (CCP) li jistgħu jitqiesu bħala lex specialis. B’mod partikolari, l-atti legali li jipprovdu għal miżuri tekniċi u organizzazzjonali relatati mas-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li mil-lat ta’ dettall jmorru saħansitra lil hinn mir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(1) u (2) tad-Direttiva NIS u għalhekk jistgħu jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 1(7) tad-Direttiva NIS fejn jidħlu r-rekwiżiti tas-sigurtà. B’mod aktar preċiż, l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jipprevedi li l-entità jenħtieġ ikollha “arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattiva 39

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents