ANNESS
1. Introduzzjoni
Dan l-Anness għandu l-għan li jikkontribwixxi għal applikazzjoni, l-implimentazzjoni u linfurzar effettivi tad-Direttiva (UE) 2016/1148 dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi talinformazzjoni madwar l-Unjoni1 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Direttiva NIS” jew “idDirettiva”) u li jgħin lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-liġi tal-UE tiġi applikata b’mod
effettiv. B’mod aktar partikolari, l-għanijiet speċifiċi tiegħu huma tlieta: (a) li joffri aktar
ċarezza lill-awtoritajiet nazzjonali fejn jidħlu l-obbligi stipulati fid-Direttiva li japplikaw għal
dawn l-awtoritajiet, (b) li jiżgura infurzar effettiv tal-obbligi tad-Direttiva li japplikaw għallentitajiet obbligati mir-rekwiżiti tas-sigurtà u min-notifiki tal-inċidenti, u (c) li jgħin b’mod
ġenerali biex tinħoloq ċertezza legali fost l-atturi rilevanti kollha.
Għal dan il-għan, dan l-Anness jipprovdi gwida fuq dawn l-aspetti li ġejjin, ilkoll kruċjali biex
jintlaħaq l-għan tad-Direttiva NIS, jiġifieri li jkun żgurat livell għoli komuni ta’ sigurtà tannetwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-UE, li fuqu jissejjes il-funzjonament tas-soċjetà u
l-ekonomija tagħna:
L-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tannetwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni (it-Taqsima 2);
Jitwaqqfu awtoritajiet nazzjonali kompetenti, punti uniċi ta’ kuntatt u Skwadri tarRispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (it-Taqsima 3);
Ir-rekwiżiti tas-sigurtà u n-notifiki tal-inċidenti applikabbli għall-operaturi tas-servizzi
essenzjali u għall-fornituri tas-servizzi diġitali (it-Taqsima 4); u
Ir-relazzjoni bejn id-Direttiva NIS u leġiżlazzjoni oħra (it-Taqsima 5).
Biex tħejji din il-gwida, il-Kummissjoni użat il-kontribut u l-analiżi miġbura waqt it-tħejjija
tad-Direttiva, il-kontribut tal-Aġenzija tal-UE għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni
(“l-ENISA”) u l-Grupp ta’ Koperazzjoni. Użat ukoll l-esperjenzi ta’ Stati Membri partikolari.
Meta kien xieraq, il-Kummissjoni qieset il-prinċipji gwida għall-interpretazzjoni tad-dritt talUE: il-kliem, il-kuntest u l-għanijiet tad-Direttiva NIS. Id-Direttiva ma ġietx trasposta u
għalhekk għadha ma nqatgħet l-ebda sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(QtĠ-UE) jew tal-qrati nazzjonali. Għaldaqstant il-ġurisprudenza ma setgħetx tintuża bħala
gwida.
Jekk din l-informazzjoni tinġabar f’dokument wieħed, l-Istati Membri jkun jista’ jkollhom
stampa ġenerali tajba tad-Direttiva u jkunu jistgħu jqisu din l-informazzjoni waqt it-tfassil talleġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tisħaq li dan l-Anness mhux
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell
għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni. Id-Direttiva daħlet fisseħħ fit-8 ta’ Awwissu 2016.
1
4
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents