ċara b’linji ta’ responsabilità ddefiniti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi għallidentifikazzjoni, l-immaniġġar, il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riskji li għalihom hi jew tista’ tkun esposta, u mekkaniżmi tal-kontroll interni adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi”.. L-Artikolu 26(3) jeżiġi li l-istruttura organizzazzjonali trid tiżgura lkontinwità u l-funzjonament sew tas-servizzi u tal-attivitajiet permezz ta’ sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati. Minbarra dan, l-Artikolu 26(6) jikkjarifika li l-kontroparti ċentrali (CCP) jeħtieġ iżżomm “sistemi tat-teknoloġija tal-informatika b’mod adegwat li jittrattaw mal-kumplessità, ilvarjetà u t-tip ta’ servizzi u attivitajiet imwettqa sabiex jiġu żgurati standards għolja ta’ sigurtà u l-integrità u ż-żamma tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni”. Barra minn hekk, lArtikolu 34(1) jimponi l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ politika xierqa dwar il-kontinwità tal-operat u pjan ta’ rkupru minn diżastru li jenħtieġ jiżguraw l-irkupru fil-ħin tal-operazzjonijiet. Dawn l-obbligi huma speċifikati aktar fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta’ Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 talParlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali42. B’mod partikolari, l-Artikolu 4 tiegħu jimponi l-obbligu fuq il-kontroparti ċentrali biex tiżviluppa għodod xierqa għallġestjoni tar-riskji li tiffaċilita l-ġestjoni u r-rappurtar ta’ kull riskju rilevanti u jiġi speċifikat aktar it-tip ta’ mżiura (eż. it-tħaddim ta’ sistemi sodi tal-informazzjoni u l-kontroll tar-riskju, id-disponibbiltà tar-riżorsi, għarfien espert u aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha għal ġestjoni tar-riskji, id-disponibbiltà ta’ mekkaniżmi adegwati tal-kontroll intern bħalma huma proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi biex jassistu lill-bord tal-kontroparti ċentrali ħalli tissorvelja u taċċessa l-adegwatezza u l-effikaċja tal-politiki, tal-proċeduri u tas-sistemi tagħha tal-ġestjoni tar-riskji). Barra minn hekk, l-Artikolu 9 jirreferi espliċitament għas-sigurtà tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u jimponi miżuri tekniċi u organizzattivi konkreti relatati maż-żamma ta’ qafas sod tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-ġestjoni tar-riskji tas-sigurtà tal-IT. Dawn ilmiżuri jenħtieġ jinkludu mekkaniżmi u proċeduri li jiżguraw id-disponibbiltà tas-servizzi kif ukoll il-protezzjoni tal-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta. (iii) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u dDirettiva 2011/61/UE43. Fir-rigward taċ-ċentri tan-negozjar, l-Artikolu 48(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jeżiġi li loperaturi jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tagħhom fil-każ ta’ xi ħsara tas-sistema tannegozjar tagħhom. Dan l-aħħar, dan l-obbligu ġenerali ġie speċifikat aktar u kkumplimentat 42 43 ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41. ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349. 40

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents