bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/58444 tal-14 ta’ Lulju 2016 li
jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward talistandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti organizzazzjonali taċ-ċentri ta’
negozjar45. B’mod partikolari, l-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament jistipula li ċ-ċentri tannegozjar għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri u arranġamenti għas-sigurtà fiżika u elettronika
mfassla biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn użu ħażin jew minn aċċess mhux awtorizzat
u biex jiżguraw l-integrità tad-dejta. Dawn il-miżuri jeħtieġ jippermettu l-prevenzjoni jew ilminimizzazzjoni tar-riskji ta’ attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni.
L-Artikolu 23(2) jeżiġi wkoll li l-miżuri u l-arranġamenti meħuda mill-operaturi jenħtieġ
jippermetti l-identifikazzjoni fil-pront u l-ġestjoni tar-riskju relatat ma’ xi aċċess mhux
awtorizzat, ma’ interferenzi fis-sistema li jfixklu serjament jew jinterrompu l-funzjonament
tas-sistemi tal-informazzjoni u l-interferenzi tad-dejta li jikkompromettu d-disponibbiltà, lintegrità jew l-awtentiċità tad-dejta. Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regolament jimponi lobbligu fuq iċ-ċentri tan-negozjar biex ikollhom fis-seħħ arranġamenti effettivi għal
kontinwità tal-operat ħalli jiżguraw biżżejjed stabbiltà tas-sistema u jindirizzaw l-inċidenti ta’
tfixkil. B’mod partikolari, dawn il-miżuri jenħtieġ jippermettu lill-operatur biex jissokta binnegozju fi żmien sagħtejn jew qrib sagħtejn u fl-istess waqt jiżguraw li l-ammont ta’ dejta
mitlufa jkun qrib iż-żero.
L-Artikolu 16 jiddikjara wkoll li l-miżuri identifikati biex jindirizzaw u jġestixxu l-inċidenti
ta’ tfixkil jenħtieġ ikunu parti mill-pjan ta’ kontinwità tal-operat taċ-ċentri tan-negozjar, u
jipprovdi għal elementi partikolari li jeħtieġ iqis l-operatur meta jkun qed jadotta l-pjan ta’
kontinwità tal-operat (eż. l-istabbiliment ta’ tim speċifiku għall-operazzjonijiet tas-sigurtà, u ttwettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt li tidentifika r-riskji u li tiġi riveduta minn żmien għal
żmien).
Fid-dawl tal-kontenut ta’ dawn il-miżuri tas-sigurtà, jidher li dawn inħasbu biex iġestixxu u
jindirizzaw ir-riskju relatat mad-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità taddejta jew tas-servizzi provduti, u għaldaqstant jista’ jiġi konkluż li dawn il-leġiżlazzjonijiet
tal-UE speċifiċi għas-setturi msemmija hawn fuq jinkludu obbligi tas-sigurtà li mill-anqas
għandhom effett ekwivalenti għall-obbligi korrispondenti tal-Artikolu 14(1) u (2) tadDirettiva NIS.
5.2. Id-Direttiva NIS, l-Artikolu 1(3): il-fornituri tat-telekomunikazzjoni u l-fornituri
tas-servizzi fiduċjarji
Skont l-Artikolu 1(3), ir-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika previsti f’din id-Direttiva ma
japplikawx għall-fornituri soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 13a u 13b tad-Direttiva
2002/21/KE. L-Artikolu 13a u 13b tad-Direttiva 2002/21/KE japplikaw għall-impriżi li
jipprovdu netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew servizzi tal-komunikazzjoni elettronika
44
45
ĠU L 87, 31.3.2017, p. 350.
http://ec.europa.eu/finance/securities/docs/isd/mifid/rts/160714-rts-7_en.pdf
41
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents