disponibbli pubblikament. Għaldaqstant, fejn jidħol il-forniment ta’ netwerks pubbliċi talkomunikazzjoni jew ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, ilkumpanija trid tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika tad-Direttiva 2002/21/KE. Madankollu, jekk l-istess kumpanija tkun qed tipprovdi wkoll servizzi oħra bħas-servizzi diġitali (eż. tal-cloud computing jew tas-suq online) elenkati fl-Anness III tad-Direttiva NIS jew servizzi bħal DNS jew IXP skont il-punt 7 tal-Anness II tad-Direttiva NIS, il-kumpanija se tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika tad-Direttiva NIS għall-forniment ta’ dawn is-servizzi partikolari. Jenħtieġ jiġi nnutat li billi l-fornituri tas-servizzi elenkati filpunt 7 tal-Anness II jagħmlu parti mill-kategorija tal-operaturi tas-servizzi essenzjali, l-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-proċess tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) u jidentifikaw liema fornituri individwali tas-servizzi ta’ DNS, IXP jew TLD jenħtieġ ikunu konformi marrekwiżiti tad-Direttiva NIS. Dan ifisser li wara din il-valutazzjoni, il-fornituri ta’ DNS, IXP jew TLD biss li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva NIS se jkunu obbligati jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva NIS. L-Artikolu 1(3) jispeċifika wkoll li dawn ir-rekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika tad-Direttiva lanqas ma japplikaw għall-fornituri tas-servizzi fiduċjarji li huma soġġetti għal rekwiżiti simili skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014. 42

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents