ekonomija, u mhux biss is-setturi u s-servizzi diġitali li jkopru rispettivament l-Anness II u III tad-Direttiva NIS. Dan hu konformi mal-aqwa prattiki internazzjonali (ara l-Gwida tal-ITU u l-analiżi tal-OECD imsemmija aktar ’il quddiem) u mad-Direttiva NIS. Kif inhu spjegat aktar ’il quddiem, b’mod partikolari dan hu l-każ għall-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli mis-setturi u mis-servizzi msemmija fl-Annessi II u III tad-Direttiva. Lamministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jipproċessaw informazzjoni sensittiva li tkun tiġġustifika l-ħtieġa li tkun koperta minn NCSS u pjanijiet ta’ ġestjoni li jevitaw l-iżvelar u li jiżguraw ilprotezzjoni xierqa ta’ din l-informazzjoni. 2.2. Il-kontenut u l-proċedura għall-adozzjoni tal-istrateġiji nazzjonali Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva NIS, NCSS jeħtieġ tinkludi mill-anqas dan li ġej: i) l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerks u tassistemi tal-informazzjoni; ii) qafas ta’ governanza biex jintlaħqu l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali; iii) tidentifika l-miżuri relatati mal-istat ta’ t-tħejjija, ir-rispons u l-irkupru, inkluż ilkoperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat; iv) tindika programmi rilevanti tal-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ; v) tindika pjanijiet tar-riċerka u l-iżvilupp; vi) pjan ta’ valutazzjoni tar-riskju biex jiġu identifikati r-riskji; u vii) lista tal-atturi involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. La l-Artikolu 7 u lanqas il-premessa 29 korrispondenti ma jispeċifikaw ir-rekwiżiti għalladozzjoni ta’ NCSS jew jipprovdu aktar granularità fuq il-kontenut tal-NCSS. Sa fejn jikkonċerna l-proċess u l-elementi addizzjonali relatati mal-kontenut tal-NCSS, ilKummissjoni jidhrilha li l-approċċ stabbilit hawn taħt jixraq għall-adozzjoni tal-NCSS. Dan hu bbażat fuq analiżi tal-esperjenzi ta’ xi Stati Membri u pajjiżi terzi relatata ma’ kif l-Istati Membri żviluppaw l-istrateġiji tagħhom stess. Riżors informattiv ieħor hu l-għodda tat-taħriġ tal-ENISA dwar l-NCSS fil-forma ta’ filmati u midja li tista’ tniżżel mill-website tagħha4. 2.3. Il-proċess u l-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati Il-proċess tal-abbozzar u l-adozzjoni sussegwenti ta’ strateġija nazzjonali huma kumplessi u multidimensjonali, u għalhekk jeħtieġu impenn sostnut mal-esperti fiċ-ċibersigurtà, is-soċjetà ċivili u l-proċess politiku nazzjonali, jekk dan irid ikun effettiv u effikaċi. Sine qua non hu appoġġ amministrattiv ta’ livell għoli mill-inqas fil-livell ta’ Segretarju tal-Istat jew f’livell 4 https://www.enisa.europa.eu/topics/national-cyber-security-strategies/national-cyber-security-strategiestraining-tool 6

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents