ekwivalenti fil-Ministeru, kif ukoll sponsorship. Biex tirnexxi l-adozzjoni ta’ NCSS, jista’ jintuża dan il-proċess ta’ ħames passi li ġej (ara l-Grafika 1): L-ewwel pass − Noħolqu prinċipji gwida u l-għanijiet strateġiċi li joħorġu mill-istrateġija Qabelxejn, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ jiddefinixxu xi elementi ewlenin li jridu jiddaħħlu fl-NCSS, notevolment x’inhuma r-riżultati mixtieqa, bil-lingwaġġ tadDirettiva (l-Artikolu 7(1)(a) objettivi u prijoritajiet), kif dawn ir-riżultati jikkumplimentaw ilpolitiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali u jekk humiex kompatibbli mal-privileġġi u l-obbligi li għandhom l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. L-għanijiet jenħtieġ ikunu speċifiċi, jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbutin mal-ħin (SMART). Ngħidu aħna: “We will ensure that this [time bound] strategy is founded upon a rigorous and comprehensive set of metrics against which we measure progress towards the outcomes we need to achieve”5 (Aħna se niżguraw li din l-istrateġija [marbuta mal-ħin] tissejjes fuq metriċi rigorużi u komprensivi li bihom jitkejjel il-progress lejn ir-riżultati li rridu niksbu). Dan il-pass jinkludi wkoll valutazzjoni politika dwar jekk jistax jinkiseb baġit sinifikanti bħala riżorsa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija. Jinvolvi wkoll deskrizzjoni tal-ambitu maħsub tal-istrateġija u d-diversi kategoriji tal-partijiet konċernati mis-settur pubbliku u dak privat li jenħtieġ ikunu involuti fit-tfassil tal-bosta għanijiet u miżuri. Dan l-ewwel pass jista’ jinkiseb bi gruppi ta’ ħidma ma’ politiċi u uffiċjali ministerjali ta’ livell għoli mmexxija minn speċjalisti fiċ-ċibernetika b’ħiliet komunikattivi professjonali li jistgħu jenfasizzaw fuq l-implikazzjonijiet fuq l-ekonomija u s-soċjetà diġitali moderni jekk iċ-ċibersigurtà tkun nieqsa jew dgħajfa. It-tieni pass − Noħolqu l-kontenut tal-istrateġija L-istrateġija jenħtieġ tinkludi miżuri abilitanti, azzjonijiet ibbażati fuq il-ħin u indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li jwasslu għal evalwazzjoni, irfinar u titjib wara perjodu definit ta’ implimentazzjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ iwieżnu l-għan, il-prijoritajiet u r-riżultati stabbiliti bħala prinċipji gwida. Il-ħtieġa li jintużaw miżuri abilitanti hi stabbilita fl-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva NIS. Hu rakkomandat li jitwaqqaf grupp taʼ tmexxija mmexxi mill-Ministeru partikolari biex jimmaniġġa l-proċess tal-abbozzar u jiffaċilita l-kontribut. Dan jista’ jinkiseb b’għadd ta’ gruppi tal-abbozzar ta’ uffiċjali u esperti rilevanti skont it-temi ġeneriċi ewlenin, bħal pereżempju dwar il-valutazzjoni tar-riskju, l-ippjanar ta’ kontinġenza, il-ġestjoni tal-inċidenti, l-iżvilupp tal-ħiliet, is-sensibilizzazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp industrijali u l-bqija. Minnaħa l-oħra, anki s-setturi (bħall-enerġija, it-trasport, eċċ) jkunu mistiedna jivvalutaw limplikazzjonijiet tal-inklużjoni tagħhom, fosthom ir-riżorsi, u jkunu involuti l-operaturi tasservizzi essenzjali u l-fornituri tas-servizzi diġitali ewlenin li ġew nominati ħalli jitfasslu lprijoritajiet u jitressqu proposti għall-proċess tal-abbozzar. Hu importanti ferm li l-partijiet 5 Silta mill-Istrateġija Nazzjonali tar-Renju Unit dwar iċ-Ċibersigurtà, 2016-2021, il-paġna 67. 7

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents