Introduzzjoni
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni
madwar l-Unjoni1 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Direttiva NIS” jew “id-Direttiva”)
adottata fis-6 ta’ Lulju 2016 hi l-ewwel leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE li tindirizza l-isfidi
taċ-ċibersigurtà u hi trasformazzjoni ġenwina fir-reżiljenza u l-koperazzjoni fl-Ewropa filqasam taċ-ċibersigurtà.
It-tliet għanijiet ewlenin tad-Direttiva huma li:
Ittejjeb il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà nazzjonali;
Tibni koperazzjoni fil-livell tal-UE; u
Tippromwovi kultura ta’ ġestjoni tar-riskji u rappurtar tal-inċidenti fost l-atturi
ekonomiċi ewlenin, l-aktar fost l-operaturi li jipprovdu servizzi essenzjali (OES) għallmanteniment ta’ attivitajiet ekonomiċi u soċjetali u l-Fornituri tas-Servizzi Diġitali (idDSPs).
Id-Direttiva NIS hi pedament tar-rispons tal-UE għat-theddid u l-isfidi ċibernetiċi dejjem
jikbru li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni tal-ħajja ekonomija u soċjetali tagħna, u
għaldaqstant l-implimentazzjoni tagħha hi parti essenzjali mill-pakkett taċ-ċibersigurtà
ppreżentat fit-13 ta’ Settembru 2017. L-effikaċja ta’ dan ir-rispons tal-UE tkun dgħajfa jekk
id-Direttiva NIS ma tkunx trasposta bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha tal-UE. Dan jitqies bħala
punt kritiku fil-Komunikazzjoni tal-2016 tal-Kummissjoni dwar it-Tisħiħ tas-Sistema
Ewropea tar-Reżiljenza Ċibernetika2.
In-novità d-Direttiva NIS u l-urġenza li jiġi indirizzat ix-xenarju li tant qed jevolvi tat-theddid
ċibernetiku jeżiġuna nagħtu ċertu attenzjoni partikolari lill-isfidi li jkollhom l-atturi kollha
biex jiżguraw li t-traspożizzjoni tad-Direttiva tkun effikaċi u ssir fil-ħin. Peress li ttraspożizzjoni għandha ssir sad-9 ta’ Mejju 2018 u l-operaturi tas-servizzi essenzjali
għandhom jiġu identifikati sad-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni qed tappoġġa l-proċess
tat-traspożizzjoni fl-Istati Membri u l-ħidma tagħhom fil-Grupp ta’ Koperazzjoni għal dan ilgħan.
Din il-Komunikazzjoni u l-Anness tagħha huma bbażati fuq il-ħidma preparatorja talKummissjoni u analiżi relatata mal-implimentazzjoni s’issa tad-Direttiva NIS, fuq l-input talAġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA) u
fuq id-diskussjonijiet li saru mal-Istati Membri fil-fażi tat-traspożizzjoni tad-Direttiva,
notevolment fi ħdan il-Grupp ta’ Koperazzjoni3. Din il-Komunikazzjoni tikkumplimenta lisforzi konsiderevoli li saru s’issa, l-aktar permezz ta’:
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell
għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni. Id-Direttiva daħlet fisseħħ fit-8 ta’ Awwissu 2016.
2
COM(2016) 410 final.
3
Mekkaniżmu għal koperazzjoni strateġika bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva NIS.
1
2
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents