Il-ħidma intensiva tal-Grupp ta’ Koperazzjoni, li sab ftehim fuq pjan ta’ ħidma ffukat
l-aktar fuq it-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS, u b’mod partikolari fuq il-kwistjoni talidentifikazzjoni tal-operaturi tas-servizzi essenzjali u l-obbligi tagħhom fejn jidħlu rrekwiżiti tas-sigurtà u n-notifiki tal-inċidenti. Filwaqt li d-Direttiva tipprevedi
diskrezzjoni fit-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-operaturi tas-servizzi
essenzjali, l-Istati Membri għarfu l-importanza ta’ approċċ armonizzat f’dan irrigward4.
It-twaqqif u t-tħaddim malajr tan-Netwerk ta’ Skwadri tar-Rispons għal Inċidenti
relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs) skont l-Artikolu 12(1) tad-Direttiva.
Minn dak iż-żmien ’l hawn, dan in-Netwerk beda jifrex il-pedamenti għal
koperazzjoni operazzjonali strutturata fil-livell Ewropew.
Għal-livell ta’ politika u għal-livell operazzjonali li qed jirrappreżentaw dawn iż-żewġ
strutturi, hemm bżonn l-impenn sħiħ tal-Istati Membri kollha biex jintlaħaq l-għan ta’ livell
għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni.
Din il-Komunikazzjoni u l-Anness tagħha se jsaħħu dawn l-isforzi għax se jiġbru u jqabblu laqwa prattiki tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva, billi
jipprovdu aktar gwida dwar il-mod kif għandha tiġi implimentata d-Direttiva u jagħtu
spjegazzjonijiet aktar dettaljati dwar ċertu dispożizzjonijiet speċifiċi. L-għan ġenerali hu
jingħata appoġġ lill-Istati Membri ħalli l-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS madwar l-UE
tkun effettiva u armonizzata.
Din il-Komunikazzjoni se tiġi kkumplimentata iżjed bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni talKummissjoni li se joħroġ dwar speċifikazzjoni ulterjuri tal-elementi u l-parametri relatati marrekwiżiti tas-sigurtà u tan-notifika tal-inċidenti għal fornituri tas-servizzi diġitali, skont lArtikolu 16(8) tad-Direttiva NIS. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni se jiffaċilita limplimentazzjoni tad-Direttiva fejn jidħlu l-obbligi tal-fornituri tas-servizzi diġitali5.
Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-konklużjonijiet ewlenin tal-analiżi tal-kwistjonijiet
meqjusin bħala punti ta’ referenza importanti u ispirazzjoni potenzjali mil-lat ta’
traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Hawnhekk, l-enfasi ewlenija qed issir fuq iddispożizzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-Istati Membri u mal-obbligi tal-entitajiet li
qegħdin fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. L-Anness jipprovdi eżami aktar dettaljat taloqsma li l-Kummissjoni tqis li hu ferm importanti li jingħataw gwidi prattiċi dwar ittraspożizzjoni li jkun fihom spjegazzjoni u l-interpretazzjoni tagħha ta’ ċertu dispożizzjonijiet
tad-Direttiva, u bi preżentazzjoni tal-aqwa prattiki u tal-esperjenza miksuba s’issa b’din idDirettiva.
Bħalissa, il-Grupp ta’ Koperazzjoni qed jaħdem fuq dokumenti gwida ta’ referenza li fost l-oħrajn
jikkonċernaw: il-kriterji li jiddefinixxu l-kritikalità ta’ operatur skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva; iċ-ċirkostanzi
meta l-operaturi tas-servizzi essenzjali jeħtieġ jinnotifikaw l-inċidenti skont l-Artikolu 14(7) tad-Direttiva; u rrekwiżiti tas-sigurtà għall-operaturi tas-servizzi essenzjali, b’mod konformi mal-Artikoli 14(1) u 14(2).
5
L-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni qiegħed għall-konsultazzjoni pubblika fuq
https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say_mt
4
3
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents