suffiċjenti ta’ provvista. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jaqsmu malKummissjoni l-listi tal-operaturi tas-servizzi essenzjali identifikati, u jekk meħtieġ b’mod kunfidenzjali, għax dan jgħin biex jitjiebu l-preċiżjoni u l-kwalità tal-valutazzjoni talKummissjoni (ara t-Taqsimiet 4.1.5. u 4.1.6. tal-Anness). Approċċi allinjati għar-rekwiżiti tal-operaturi tas-servizzi essenzjali fejn jidħlu s-sigurtà u nnotifika tal-inċidenti Fir-rigward tal-obbligi tal-operaturi tas-servizzi essenzjali fejn jidħlu r-rekwiżiti tas-sigurtà u n-notifiki tal-inċidenti (l-Artikolu 14(1), (2) u (3)), approċċ allinjat għar-rekwiżiti tas-sigurtà u n-notifiki tal-inċidenti li jiffaċilita l-konformità tal-operaturi tas-servizzi essenzjali bejn ilfruntieri tal-Istati Membri tal-UE, jippromwovi kemm jista’ jkun effett ta’ suq uniku. Dwar dan, ir-referenza tibqa’ l-ħidma fuq dokument gwida fi ħdan il-Grupp ta’ Koperazzjoni (ara tTaqsimiet 4.2. u 4.3. tal-Anness). Jekk iseħħu inċidenti ċibernetiċi fuq skala kbira li jaffettwaw lil bosta Stati Membri, hu probabbli ħafna li n-notifika obbligatorja tal-inċidenti ssir mill-operaturi tas-servizzi essenzjali jew mill-fornituri tas-servizzi diġitali skont l-Artikoli 14(3) u 16(3) jew minn entità oħra li mhix fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva b’mod volontarju skont l-Artikolu 20(1). B’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar Rispons Koordinat għal Inċidenti u Kriżijiet taċ-Ċibersigurtà fuq Skala Kbira, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jallinjaw l-approċċi nazzjonali tagħhom biex ikunu jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti malajr kemm jista’ jkun, abbażi ta’ dawk in-notifiki, lill-awtoritajiet kompetenti jew lisCSIRTs tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Informazzjoni preċiża u azzjonabbli hi indispensabbli biex jonqos l-għadd ta’ infezzjonijiet jew biex jingħelbu d-dgħjufijiet qabel ma dawn jiġu sfruttati. Fl-ispirtu ta’ sħubija biex tagħmel l-aħjar użu mid-Direttiva NIS, il-Kummissjoni beħsiebha żżid l-appoġġ bil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-partijiet konċernati rilevanti kollha skont din il-leġiżlazzjoni. Filwaqt li l-enfasi saret fuq il-bini tal-kapaċitajiet tas-CSIRTs u fuq it-twaqqif ta’ pjattaforma għal koperazzjoni operazzjonali malajr u effettiva, biex b’hekk jissaħħaħ in-Netwerk tas-CSIRTs, il-Kummissjoni issa se tesplora kif anki l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-operaturi tas-servizzi essenzjali u l-fornituri tas-servizzi diġitali jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Konklużjoni Minħabba l-iskadenza imminenti tat-traspożizzjoni tad-Direttiva NIS fil-leġiżlazzjoni nazzjonali sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Mejju 2018, u l-iskadenza għall-identifikazzjoni taloperaturi tas-servizzi essenzjali sad-9 ta’ Novembru 2018, l-Istati Membri għandhom jieħdu lmiżuri xierqa biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet u l-mudelli ta’ koperazzjoni tad-Direttiva NIS jistgħu jipprovdu l-aqwa għodod possibbli fil-livell tal-UE biex jinkiseb livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha. Matul dan ilproċess, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti, il-gwidi u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu f’din il-Komunikazzjoni. Din il-Komunikazzjoni tista’ tiġi ssupplimentata b’azzjonijiet oħra, fosthom dawk maħluqa bil-ħidma għaddejja fi ħdan il-qafas tal-Grupp ta’ Koperazzjoni. 6

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents