valutazzjoni tal-impatt li teżamina l-alternattivi disponibbli — inkluż il-possibbiltà li tiġi stabbilita Impriża Konġunta — bl-għan li titwaqqaf din l-istruttura fl-2018. Bħala l-ewwel pass u sabiex tinforma l-ħsieb fil-futur, il-Kummissjoni se tipproponi li titnieda fażi pilota taħt Orizzont 2020, biex iċ-ċentri nazzjonali jinġiebu flimkien f’netwerk biex jinħoloq momentum ġdid fil-kompetenza taċ-ċibersigurtà u l-iżvilupp tat-teknoloġija. Għalhekk il-Kummissjoni qed tippjana li tipproponi injezzjoni ta’ fondi fuq żmien qasir ta’ EUR 50 miljun. Din l-attività se tikkumplimenta l-implimentazzjoni li għaddejja bħalissa tasSħubija Pubblika-Privata dwar iċ-Ċibersigurtà. L-isforzi ta’ riċerka tal-għaqda u l-formazzjoni se jkunu fil-qalba tan-netwerk u l-enfasi inizjali taċ-Ċentru. Biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet industrijali, iċ-Ċentru jista’ jaġixxi bħala maniġer tal-proġett ta’ kapaċità li jista’ jimmaniġġja proġetti multinazzjonali. Dan jista’ wkoll jagħti spinta żejda lill-innovazzjoni u l-kompetittività tal-industrija tal-UE fix-xena globali fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss inkluża lintelliġenza artifiċjali, il-quantum computing, blockchain u identitajiet diġitali siguri, kif ukoll fl-iżgurar tal-aċċess għad-dejta tal-massa għall-kumpaniji bbażati fl-UE, li kollha huma ewlenin għaċ-ċibersigurtà fil-futur. Iċ-Ċentru se jibni wkoll fuq il-ħidma tal-UE biex jiżviluppa l-infrastruttura dwar l-Informatika ta’ Prestazzjoni Għolja: dan huwa essenzjali għall-analiżi ta’ kwantitajiet kbar ta’ dejta, il-kriptaġġ u d-dekriptaġġ tad-dejta, il-verifika ta’ identitajiet, is-simulazzjoni ta’ attakki ċibernetiċi, u l-analiżi ta’ materjal viżiv46. In-netwerk ta’ ċentri ta’ kompetenza jista’ jkollu wkoll il-kapaċitajiet biex jappoġġja lindustrija permezz ta’ testijiet u ta’ simulazzjoni biex jirfed iċ-ċertifikazzjoni ta-ċibersigurtà deskritta fit-taqsima 2.2. L-involviment tiegħu fil-firxa sħiħa ta’ attività taċ-ċibersigurtà talUE jiggarantixxi aġġornament kontinwu tal-istrateġiji tiegħu skont il-ħtieġa. Iċ-Ċentru se jimmira biex jixpruna standards għoljin ta’ ċibersigurtà mhux biss f’sistemi tat-teknoloġija u ta’ ċibersigurtà iżda wkoll fl-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ livell għoli għal professjonisti, billi jipprovdi soluzzjonijiet u mudelli għall-isforzi nazzjonali biex jiġu introdotti l-ħiliet diġitali. F’dan ir-rigward, għandu jtejjeb ukoll il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE u jibni fuq sinerġiji b’mod partikolari mal-ENISA, is-CERT-EU, l-Europol, il-Fond għar-Rispons ta' Emerġenza taċ-Ċibersigurtà possibbli tal-futur u s-CSIRTs nazzjonali. Fokus partikolari ta’ ħidma permezz tan-netwerk ta’ kompetenza għandu jkun in-nuqqas ta’ kapaċità Ewropea dwar il-kriptaġġ ta’ prodotti u servizzi użati miċ-ċittadini, negozji u gvernijiet fi ħdan is-Suq Uniku Diġitali. Kriptaġġ qawwi huwa l-bażi għal sistemi ta’ identifikazzjoni diġitali sigura li taqdi rwol ewlieni fiċ-ċibersigurtà effettiva47; barra minn hekk din iżżomm il-proprjetà intellettwali tan-nies sigura u tippermetti l-protezzjoni taddrittijiet fundamentali bħalma huma l-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tad-dejta personali, u tiżgura kummerċ sikur onlajn48. Hekk kif is-swieq taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża tal-UE jikkondividu sfidi komuni49 u tteknoloġija b’użu doppju li jeħtieġu kollaborazzjoni mill-qrib f’oqsma kritiċi, tista’ tiġi żviluppata t-tieni fażi tan-netwerk u taċ-Ċentru tagħha b’dimensjoni tad-difiża ċibernetika, b’rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni. Minbarra l-iffukar fuq it-teknoloġika tagħha, id-dimensjoni tad-difiża tista’ 46 47 48 49 COM(2012) 45 final u COM(2016) 178 final. Il-Kummissjoni diġà se tniedi sfida ġdida għall-Premju Orizzont taħt Orizzont 2020 li ser tagħti EUR 4 miljuni għall-aħjar soluzzjoni innovattiva għal metodi ta’ awtentikazzjoni online bla xkiel. Cybersecurity in the European Digital Single Market [Iċ-ċibersigurtà fis-Suq Uniku Diġitali Ewropew], grupp ta’ Livell Għoli ta’ Konsulenti Xjentifiċi, Marzu 2017. “Studju dwar sinerġiji bejn is-swieq taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża” (Optimity; SMART 2014-0059). 10

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents