tikkontribwixxi għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam taċ-ċiberdifiża, inkluż ilkondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-għarfien tas-sitwazzjoni, il-bini ta’ għarfien espert u rrispons koordinat, u tista’ tappoġġja l-iżvilupp tal-Istati Membri ta’ kapaċitajiet komuni. Din
tista’ wkoll taġixxi bħala pjattaforma, li tippermetti lill-Istati Membri jidentifikaw ilprijoritajiet għad-difiża ċibernetika tal-UE, tinvestiga soluzzjonijiet komuni, tikkontribwixxi
għall-iżvilupp ta’ strateġiji komuni, tiffaċilita t-taħriġ tad-difiża ċibernetika konġunt, leżerċitar u l-ittestjar fil-livell Ewropew, u tappoġġja x-xogħol dwar tassonomiji u standards
tad-difiża ċibernetika, bir-rwol taċ-Ċentru jkun wieħed ta’ appoġġ u konsultattiv. Biex iwettaq
l-attivitajiet imsemmija hawn fuq, iċ-Ċentru jkollu bżonn jaħdem fil-qrib u
b’komplementarjetà sħiħa mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fil-qasam taċ-ċiberdifiża, kif
ukoll mal-ENISA fil-qasam tar-reżiljenza ċibernetika. Din id-dimensjoni tad-difiża tqis ilproċess imniedi mill-Karta ta’ riflessjoni dwar il-futur tad-Difiża Ewropea.
Il-livell għoli ta’ reżiljenza meħtieġa fil-qasam tad-difiża ċibernetika jitlob miri speċifiċi ta’
sforzi ta’ riċerka u teknoloġija. Il-proġetti ta’ difiża ċibernetika jew tat-teknoloġiji żviluppati
minn impriżi jistgħu jibbenefikaw minn finanzjament tal-Fond Ewropew għad-Difiża meta
jiġu kemm għall-fażi tar-riċerka kif ukoll tal-iżvilupp50. Oqsma speċifiċi bħalma huma sistemi
ta’ kriptaġġ ibbażati fuq teknoloġiji quantum, l-għarfien tas-sitwazzjoni taċ-ċibersigurtà, issistemi ta’ kontroll tal-aċċess bijometriku, id-detezzjoni ta’ Theddid Persistenti Avvanzat, jew
l-estrazzjoni ta’ dejta jistgħu jkunu partikolarment rilevanti f’dan il-kuntest. Ir-Rappreżentant
Għoli, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Kummissjoni se jappoġġjaw lill-Istati Membri flidentifikazzjoni ta’ oqsma fejn il-proġetti komuni taċ-ċibersigurtà jistgħu jitqiesu għal
finanzjament mill-Fond Ewropew għad-Difiża.
2.6
Il-bini ta’ bażi ta’ ħiliet ċibernetiċi b’saħħitha tal-UE
Hemm dimensjoni edukattiva qawwija għaċ-ċibersigurtà. Iċ-ċibersigurtà effettiva tiddependi
ħafna fuq il-ħiliet tal-persuni kkonċernati. Iżda d-distakk tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà għallprofessjonisti li jaħdmu fis-settur privat fl-Ewropa huwa mbassar li jiżdied għal 350,000 sal202251. Għandha tiġi żviluppata edukazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fil-livelli kollha, ibda minn
taħriġ regolari ta’ forza tax-xogħol ċibernetika, taħriġ addizzjonali fiċ-ċibersigurtà għallispeċjalisti kollha tal-ICT, u kurrikula speċifiċi ta’ ċibersigurtà ġodda. Għandhom jiġu
stabbiliti ċentri ta’ kompetenza akkademika b'saħħithom biex ilaħħqu mad-domanda għal
edukazzjoni u taħriġ aċċellerat, li għandhom jimxu fuq il-gwida minn Ċentru Ewropew għarRiċerka u l-Kompetenza taċ-Ċibersigurtà u l-ENISA. L-għan għandu jkun li ssir naturali biex
jiġu mfassla prodotti u sistemi tal-ICT li jinkorporaw il-prinċipji ta’ sigurtà sa mill-bidu nett.
L-edukazzjoni taċ-ċibersigurtà m’għandhiex tkun limitata biss għal professjonisti fil-qasam
tal-IT, iżda għandha tiġi integrata fil-kurrikuli ta’ oqsma oħrajn, bħalma huma l-inġinerija, ilġestjoni tan-negozju jew tad-dritt, kif ukoll għall-binarji ta’ edukazzjoni speċifiċi għas-settur.
Fl-aħħar nett, l-għalliema u l-istudenti fl-edukazzjoni primarja u sekondarja għandhom jiġu
sensibilizzati dwar iċ-ċiberkriminalità u ċ-ċibersigurtà meta jakkwistaw kompetenzi diġitali
fl-iskejjel.
50
51
Il-Programm tal-Iżvilupp tal-Industrija tad-Difiża Ewropea diġà ser jagħti prijorità lil proġetti ta’ ċiberdifiża
u ċ-ċiberdifiża se tkun waħda mit-temi tas-sejħa għall-proposti li se jiġu mnedija fl-2018.
Stħarriġ tal-2017 dwar il-Forza tax-Xogħol fis-Settur tas-Sigurtà tal-Informazzjoni Globali. In-nuqqas globali
huwa ta’ 1.8 miljun.
11
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents