servizzi u l-proċessi tagħhom.
IL-ĦOLQIEN TA’ DETERRENZA ĊIBERNETIKA EFFETTIVA TAL-UE
3.
Deterrenza effettiva tfisser tqiegħed fis-seħħ qafas ta’ miżuri li huma kemm kredibbli kif
ukoll konvinċenti għal dawk li jixtiequ jkunu kriminali u aggresuri ċibernetiċi. Sakemm lawturi ta’ attakki ċibernetiċi — kemm statali u mhux statali — m’għandhomx minn xiex
jibżgħu minbarra l-falliment, huma mhux se jkollhom inċentiv kbir biex ikomplu jippruvaw.
Rispons ta’ infurzar tal-liġi aktar effettiv li jiffoka fuq l-identifikazzjoni, l-intraċċar u lprosekuzzjoni tal-kriminali ċibernetiċi huwa ċentrali għall-bini ta’ deterrenza effettiva.
Flimkien ma’ dan hija l-ħtieġa li l-UE tappoġġja l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet
b’użu doppju taċ-ċibersigurtà. Inkunu nistgħu naqilbu għal xejra ġdida dwar l-attakki
ċibernetiċi meta nżidu l-possibbiltajiet li wieħed jinqabad u jiġi sanzjonat għat-twettiq
tagħhom. L-attakki ċibernetiċi għandhom jiġu investigati fil-pront u l-awturi responsabbli
għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja, jew tittieħed azzjoni sabiex ikun hemm rispons
politiku jew diplomatiku xieraq. F’każ ta’ kriżi ewlenija b’dimensjoni internazzjonali
importanti u ta’ difiża, ir-Rappreżentanta Għolja tista’ tippreżenta opzjonijiet għal rispons
xieraq lill-Kunsill.
Pass wieħed lejn it-titjib tar-rispons tal-liġi kriminali għal attakki ċibernetiċi diġà ttieħed bladozzjoni fl-2013 tad-Direttiva dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni59. Dan
jistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet filqasam tal-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u pprovda għal miżuri operazzjonali biex
titjieb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet. Id-Direttiva wasslet għal progress sostantiv filkriminalizzazzjoni tal-attakki ċibernetiċi fuq livell komparabbli fl-Istati Membri kollha, li
tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li qed jinvestigaw
dan it-tip ta’ reati. Madankollu, għad hemm kamp ta' applikazzjoni konsiderevoli għadDirettiva biex tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha jekk l-Istati Membri kellhom jimplimentaw iddispożizzjonijiet kollha b’mod sħiħ60. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi appoġġ lill-Istati
Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva u attwalment ma tarax il-ħtieġa li
tipproponi emendi għaliha.
3.1
L-identifikazzjoni ta’ atturi malizzjużi
Sabiex jiżdiedu ċ-ċansijiet tagħna li l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja, għandna bżonn
urġenti li ntejbu l-kapaċità tagħna li nidentifikaw lil dawk responsabbli għal attakki
ċibernetiċi. Il-kisba ta’ informazzjoni utli għal investigazzjonijiet ta’ ċiberkriminalità, l-aktar
f’forma ta’ traċċi diġitali, hija sfida kbira għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Għalhekk,
għandna bżonn inżidu l-kapaċità teknoloġika li ninvestigaw b’mod effettiv, inkluż permezz
tat-tisħiħ tal-unità taċ-ċiberkriminalità tal-Europol b’esperti taċ-ċibernetika. L-Europol saret
attur ewlieni fl-appoġġ tal-Istati Membri fl-investigazzjonijiet multi-ġurisdizzjonali. Dan
għandu jsir ċentru ta’ għarfien tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri dwar investigazzjonijiet
online u l-forensika ċibernetika.
Il-prattika mifruxa ta’ tqegħid ta’ utenti multipli — kultant eluf minnhom — msejsa fuq
indirizz IP wieħed jagħmilha teknikament diffiċli ħafna biex tinvestiga mġiba online
malizzjuża. Minħabba f'hekkġieli tkun meħtieġa, pereżempju għal reati kriminali serji bħalma
hu l-abbuż sesswali tat-tfal, biex tinvestiga għadd kbir ta’ utenti sabiex jiġi identifikat attur
59
60
Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra
s-sistemi tal-informazzjoni.
COM(2017)474.
14
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents