TISĦIĦ TAL-KOOPERAZZJONI ĊIBERSIGURTÀ 4. INTERNAZZJONALI DWAR IĊ- Iggwidata mill-valuri ewlenin tal-UE u d-drittijiet fundamentali bħal-libertà ta’ espressjoni u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali, u l-promozzjoni ta’ ċiberspazju miftuħ, ħieles u sikur, il-politika tas-sigurtà ċibernetika internazzjonali tal-UE hija mfassla biex tindirizza l-isfida tal-promozzjoni li kull ma jmur qed tevolvi għall-promozzjoni talistabbiltà ċibernetika globali, kif ukoll tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika talEwropa fiċ-ċiberspazju. 4.1 Ċibersigurtà fir-relazzjonijiet esterni L-evidenza tissuġġerixxi li nies minn madwar id-dinja jidentifikaw attakki ċibernetiċi minn pajjiżi oħra bħala fost l-akbar theddid għas-sigurtà nazzjonali83. Minħabba n-natura globali tat-theddid, il-bini u ż-żamma ta’ alleanzi u sħubijiet bsaħħithom ma’ pajjiżi terzi hija fundamentali għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ attakki ċibernetiċi - li huma dejjem aktar ċentrali għall-istabbiltà u s-sigurtà internazzjonali. L-UE ser tagħti prijorità lill-istabbiliment ta’ qafas strateġiku għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-istabbiltà fiċ-ċiberspazju fl-ingaġġi bilaterali, reġjonali, b’multi partijiet interessati u multilaterali. L-UE tippromwovi bil-qawwa l-pożizzjoni li l-liġi internazzjonali, u b’mod partikolari l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, tapplika għaċ-ċiberspazju. Bħala komplement għal liġi internazzjonali vinkolanti, l-UE tħaddan normi mhux vinkolanti volontarji, regoli u prinċipji ta’ imġiba responsabbli tal-Istat li ġew artikolati permezz tal-Grupp ta’ Esperti Governattivi tan-NU84; hija tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bini ta’ fiduċja reġjonali, kemm fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u f’reġjuni oħra. Fuq livell bilaterali, djalogi ċibernetiċi85 se jiġu żviluppati ulterjorment u kkumplementati minn sforzi biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li jsaħħu l-prinċipji ta’ diliġenza u responsabbiltà tal-Istat fiċ-ċiberspazju. L-UE għandha tagħti prijorità lil kwistjonijiet ta’ sigurtà internazzjonali fiċ-ċiberspazju fl-impenji internazzjonali tagħha, filwaqt li tassigura li ċ-ċibersigurtà ma ssirx skuża għall-protezzjoni tas-suq u l-limitazzjoni tad-drittijiet u llibertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta’ espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni. Approċċ komprensiv għas-sigurtà ċibernetika jirrikjedi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u lUE ser tkompli żżomm il-valuri ewlenin tagħha madwar id-dinja, filwaqt li tibni fuq il-Linji gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-libertà fuq l-internet86. F’dan ir-rigward lUE tisħaq dwar l-importanza tal-partijiet interessati kollha involuti fil-governanza tal-internet. Il-Kummissjoni ressqet ukoll proposta87 biex timmodernizza l-kontrolli tal-esportazzjoni talUE, inkluża l-introduzzjoni ta’ kontrolli fuq l-esportazzjoni fuq it-teknoloġiji ta’ sorveljanza ċibernetika kritiċi li jistgħu jikkawżaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew jintużaw b’mod ħażin kontra s-sigurtà tal-UE nnifisha u ser tintensifika d-djalogi ma’ pajjiżi terzi biex tippromwovi l-konverġenza globali u l-imġiba responsabbli f’dan il-qasam. 83 84 85 86 87 Stħarriġ dwar l-Attitudnijiet Globali tar-rebbiegħa tal-2017, tal-Pew Research Centre. A/68/98 u A/70/174. F’Settembru 2017, l-UE kellha djalogi ċibernetiċi mal-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika talKorea, u l-Indja. Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline. COM(2016) 616. 20

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents