4.2
Il-bini ta’ kapaċità għaċ-ċibersigurtà
L-istabbiltà ċibernetika globali tiddependi fuq il-kapaċità lokali u nazzjonali tal-pajjiżi kollha
għall-prevenzjoni u r-rispons għal inċidenti ċibernetiċi u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni
ta’ każijiet ta’ ċiberkriminalità. L-appoġġ għall-isforzi biex tinbena r-reżiljenza nazzjonali
f’pajjiżi terzi għandha żżid il-livell ta’ ċibersigurtà fid-dinja, b’konsegwenzi pożittivi għallUE. Il-ġlieda kontra t-theddid ċibernetiku li dejjem qed jevolvi tissuġġerixxi li hemm bżonn
ta’ taħriġ, sforzi ta’ żvilupp għall-politika u l-leġiżlazzjoni, kif ukoll Skwadri ta’ Rispons ta’
Emerġenza tal-Kompjuters li jaħdmu b’mod effiċjenti u unitajiet taċ-ċiberkriminalità filpajjiżi kollha madwar id-dinja.
Mill-2013 ‘l hawn, l-UE kienet fuq quddiem nett għall-bini ta’ kapaċità għaċ-ċibersigurtà
internazzjonali u sistematikament tgħaqqad dawn l-isforzi permezz tal-kooperazzjoni tagħha
għall-iżvilupp. L-UE ser tkompli tippromovi l-bini tal-kapaċità mudell ibbażat fuq id-drittijiet,
f’konformità mal-approċċ Digital4Development88. Il-prijoritajiet għall-bini tal-kapaċità ser
ikunu fil-viċinat tal-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw li qegħdin jesperjenzaw konnettività li
qed tikber b’rata mgħaġġla u l-iżvilupp rapidu ta’ theddid. L-isforzi tal-UE ser ikunu
komplementari għall-aġenda tal-iżvilupp tal-UE fid-dawl tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp
Sostenibbli u għall-isforzi globali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali.
Sabiex titjieb l-abbiltà tal-UE li timmobilizza l-għarfien espert kollettiv biex issostni din ilbini tal-kapaċità, għandu jitwaqqaf Netwerk għall-Bini ta’ Kapaċità Ċibernetika tal-UE, li
jiġbor flimkien lill-SEAE, l-awtoritajiet ċibernetiki tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE, isservizzi tal-Kummissjoni, l-akkademja u s-soċjetà ċivili. Dwar il-Bini tal-Kapaċità
Ċibernetika tal-UE, se jiġu żviluppati linji gwida biex jgħinu fil-provvediment ta’ gwida
politika u prijoritizzazzjoni aħjar tal-isforzi tal-UE fl-assistenza lil pajjiżi terzi.
L-UE ser taħdem flimkien ma’ donaturi oħra f’dan il-qasam sabiex tiġi evitata dduplikazzjoni tal-isforzi u jiġi ffaċilitat aktar bini ta’ kapaċità mmirat f’reġjuni differenti.
4.3
Kooperazzjoni bejn l-UE u n-Nato
Filwaqt li tibni fuq il-progress sostanzjali li diġà sar, l-UE ser tintensifika l-kooperazzjoni
bejn l-UE u n-NATO dwar iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu u d-difiża, kif maħsuba fidDikjarazzjoni Konġunta tat-8 ta’ Lulju 201689. Il-prijoritajiet jinkludu t-trawwim talinteroperabbiltà permezz ta’ rekwiżiti u standards koerenti fil-qasam taċ-ċiberdifiża, it-tisħiħ
tal-kooperazzjoni fuq taħriġ u eżerċizzji, l-armonizzar tar-rekwiżiti tat-taħriġ.
L-UE u n-NATO ser irawmu wkoll il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam taċċiberdifiża, u jibnu fuq l-arranġament tekniku attwali dwar iċ-ċibersigurtà għall-kondiviżjoni
tal-informazzjoni bejn il-korpi rispettivi tagħhom taċ-ċibersigurtà90. L-isforzi konġunti riċenti
dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, partikolarment il-kooperazzjoni bejn iċ-Ċellola ta’
Fużjoni tal-UE kontra t-Theddid Ibridu u l-Fergħa ta’ Analiżi Ibrida tan-NATO għandhom
jiġu ingranati aktar biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u r-rispons għall-kriżijiet ċibernetiċi. Aktar
kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ser tiġi promossa permezz ta’ eżerċizzji tad-difiża
ċibernetika, bl-involviment tas-SEAE u entitajiet oħrajn tal-UE u l-kontropartijiet rilevanti
tan-NATO, inkluż maċ-Ċentru ta’ Eċċellenza fil-qasam taċ-Ċiberdifiża Kooperattiva tanNATO f’Tallinn. Għall-ewwel darba, in-NATO u l-UE ser iwettqu eżerċizzji paralleli u
koordinati b’rispons għal xenarju ibridu man-NATO li tieħu t-tmexxija fl-2017 u l-UE ser
88
89
90
SWD(2017) 157.
http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/07/08-eu-nato-joint-declaration/.
Kapaċità ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mal-Kompjuters CERT-EU u tan-NATO (NCIRC).
21
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents