tirreċiproka b’mod simili fl-2018. Ir-rapport li jmiss dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u nNATO, li għandu jitressaq quddiem il-Kunsilli rispettivi f’Diċembru 2017, ser joffri opportunità biex jikkunsidraw il-possibbiltajiet biex ikomplu jespandu l-kooperazzjoni, b’mod partikolari billi jiżguraw mezzi komuni, sikuri u robusti ta’ komunikazzjoni bejn listituzzjonijiet u l-korpi rilevanti kollha involuti, inklużi l-ENISA. Azzjonijiet ewlenin    5. Avvanz fil-qafas strateġiku għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-istabbiltà fiċ-ċiberspazju; L-iżvilupp ta’ Bini ta’ Kapaċità tan-Netwerk biex jappoġġja l-kapaċità ta’ pajjiżi terzi biex jindirizzaw it-theddid ċibernetiku u l-Linji Gwida dwar il-Bini tal-Kapaċità taċĊibersigurtà tal-UE biex jiġu prijoritizzati aħjar l-isforzi tal-UE; Kooperazzjoni ulterjuri bejn l-UE u n-NATO, inkluż il-parteċipazzjoni b’mod parallel u kkoordinat f’eżerċizzji u interoperabbiltà msaħħa ta’ standards taċ-ċibersigurtà. KONKLUŻJONI It-tħejjija ċibernetika tal-UE hija ta’ importanza ċentrali kemm għas-Suq Uniku Diġitali u lPolitika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża. It-titjib taċ-ċibersigurtà Ewropea u l-indirizzar tat-theddid kemm lil objettivi ċivili u militari huwa essenzjali. Is-Summit Diġitali li jmiss organizzat mill-Presidenza tal-Estonja fid-29 ta’ Settembru 2019 jipprovdi opportunità biex nuru determinazzjoni komuni biex npoġġu ċ-ċibersigurtà fil-qalba tal-UE bħala soċjetà diġitali. Bħala parti minn dan l-impenn komuni, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex iwiegħdu kif biħsiebhom jaġixxu fl-oqsma fejn għandhom irresponsabbiltà primarja. Dan għandu jinkludi t-tisħiħ tas-sigurtà ċibernetika permezz ta’:      Żgurar ta’ implimentazzjoni sħiħa u effettiva tad-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà (NIS) sad9 ta’ Mejju 2018, kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għas-sigurtà ċibernetika biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti tagħhom; L-applikazzjoni tal-istess regoli għal amministrazzjonijiet pubbliċi, minħabba r-rwol li għandhom fis-soċjetà u l-ekonomija kollha kemm hi; Il-provvista ta’ taħriġ relatat maċ-ċibersigurtà fl-amministrazzjoni pubblika; Il-prijoritizzazzjoni tal-għarfien ċibernetiku f’kampanji ta’ informazzjoni u li jinkludi ċċibersigurtà bħala parti minn kurrikulu akkademiku u ta’ taħriġ vokazzjonali; L-użu ta’ inizjattivi dwar il-“Kooperazzjoni Strutturata Permanenti” (PESCO) u l-Fond Ewropew tad-Difiża biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam taċ-ċiberdifiża. Din il-Komunikazzjoni Konġunta stabbilixxiet il-kobor tal-isfida, u l-firxa ta’ miżuri li l-UE tista’ tieħu. Għandna bżonn ta’ Ewropa li tkun reżiljenti, li tista’ tipproteġi l-poplu tagħha b’mod effettiv billi tantiċipa l-inċidenti ta’ ċibersigurtà, bil-bini ta’ protezzjoni b’saħħitha talistrutturi u l-imġiba tagħha, billi tirkupra malajr minn kwalunkwe attakki ċibernetiċi, u li tiskoraġġixxi lil dawk responsabbli. Din il-Komunikazzjoni tippreżenta miżuri mmirati li jsaħħu aktar l-istrutturi u l-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-UE b’mod koordinat, b’kooperazzjoni sħiħa tal-Istati Membri u d-diversi strutturi tal-UE kkonċernati u li jirrispettaw il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tagħhom. L-implimentazzjoni tagħha se tipprovdi prova ċara li l-UE u l-Istati Membri se jaħdmu flimkien sabiex jistabbilixxu livell ta’ ċibersigurtà ugwali għal sfidi dejjem akbar li qed tiffaċċja l-Ewropa llum. 22

Select target paragraph3

Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents