2.
NIBNU R-REŻILJENZA TAL-UE GĦAL ATTAKKI ĊIBERNETIĊI
Reżiljenza ċibernetika b’saħħitha għandha bżonn ta’ approċċ wiesa’ u kollettiv. Dan jitlob
għal strutturi aktar robusti u effettivi biex jippromwovu ċ-ċibersigurtà u biex iwieġbu għal
attakki ċibernetiċi fl-Istati Membri iżda wkoll l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi stess talUE. Dan jirrikjedi wkoll approċċ aktar komprensiv, approċċ trans-politiku għall-bini ta’
reżiljenza ċibernetika u awtonomija strateġika, b’Suq Uniku b’saħħtu, avvanzi kbar filkapaċità teknoloġika tal-UE, u numru ferm akbar ta’ esperti b’livell għoli ta’ ħiliet. Fil-qalba
ta’ dan hemm aċċettazzjoni usa’ li ċ-ċibersigurtà hija sfida komuni tas-soċjetà, biex b’hekk
ikunu involuti għadd ta’ livelli differenti ta’ gvern, ekonomija u s-soċjetà.
2.1 It-tisħiħ tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u lInformazzjoni
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni
(ENISA) għandha rwol ewlieni fit-tisħiħ tar-reżiljenza ċibernetika tal-UE u r-rispons tagħha
iżda hija ristretta skont il-mandat attwali tagħha. Il-Kummissjoni, għalhekk, qed tressaq
proposta ta’ riforma ambizzjuża, inkluż mandat permanenti għall-aġenzija15. Dan se
jiżgura li l-ENISA tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u n-negozji
f’oqsma ewlenin, inkluża l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u
tas-Sistemi tal-Informazzjoni16 (“id-Direttiva NIS”) u l-Qafas ta’ ċertifikazzjoni taċċibersigurtà propost.
L-ENISA riformata se jkollha rwol ta’ konsulenza b’saħħtu fuq l-iżvilupp tal-politika u limplimentazzjoni, inkluż il-promozzjoni tal-koerenza bejn inizjattivi settorjali u d-Direttiva
dwar iċ-Ċibersigurtà (NIS) kif ukoll fl-għajnuna fit-twaqqif ta’ Ċentri Settorjali għallKondiviżjoni tal-Informazzjoni f’setturi kritiċi. L-ENISA se ttejjeb il-livell u żżid it-tħejjija
Ewropea billi torganizza eżerċizzji ċibernetiċi pan-Ewropej kull sena li jgħaqqdu r-rispons fuq
livelli differenti. Hija ser tappoġġja wkoll żvilupp tal-politika tal-UE dwar iċ-ċertifikazzjoni
ċibernetika tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u ser ikollha rwol
importanti biex jiżdiedu kemm il-kooperazzjoni operazzjonali kif ukoll l-immaniġġar ta’
kriżijiet madwar l-UE. L-aġenzija se sservi wkoll bħala punt fokali ta’ informazzjoni u
għarfien fil-komunità taċ-ċibersigurtà.
Fehim rapidu u kondiviż dwar it-theddid u l-inċidenti kif iseħħu huwa prerekwiżit biex jiġi
deċiż jekk hijiex meħtieġa azzjoni ta’ mitigazzjoni konġunta jew rispons appoġġjat mill-UE.
Skambju ta’ informazzjoni bħal dan jirrikjedi l-involviment tal-atturi rilevanti kollha — ilkorpi u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll l-Istati Membri — f’livell tekniku, operazzjonali u
strateġiku. L-ENISA, f’kooperazzjoni mal-korpi rilevanti fil-livell tal-Istati Membri u fil-livell
tal-UE, b’mod partikolari man-Netwerk tal-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati massigurtà tal-kompjuters17, mas-CERT-UE, l-Europol u maċ-Ċentru ta’ Analiżi tal-Intelligence
tal-UE (INTCEN), se tikkontribwixxi wkoll għall-għarfien tas-sitwazzjoni fil-livell tal-UE.
Dan jista’ jiġi alimentat fl-intelligence dwar it-theddid u fit-tfassil tal-politika fil-kuntest ta’
monitoraġġ regolari tax-xenarju tat-theddida u kooperazzjoni operazzjonali effettiva, kif ukoll
b’rispons għal inċidenti transfruntiera fuq skala kbira.
15
16
17
COM(2017) 477 final.
Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal
livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.
Kif previst fl-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar iċ-Ċibersigurtà (NIS).
4
Select target paragraph3
Connect to a paragraph
Connect to an entity
Disable highlights
Add to table of contents